EUSurvey       
Login | |
system message icon
EUSurvey logo

EUSurvey hu sistema ta' mmaniġġjar tal-istħarriġ onlajn sabiex jinħolqu u jiġu ppubblikati formoli li jkunu disponibbli għall-pubbliku, eż. stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon tal-utenti u konsultazzjonijiet pubbliċi. L-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq stħarriġiet tal-opinjoni pubblika u formoli uffiċjali għall-komunikazzjoni interna u għall-immaniġġjar tal-istaff, eż. stħarriġiet tal-opinjoni tal-persunal u formoli ta’ evalwazzjoni jew reġistrazzjoni.

EUSurvey jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ elementi użati f’formoli, li jvarjaw minn dawk sempliċi (eż. test ta' mistoqsijiet u mistoqsijiet b’għażla multipla) għal dawk avvanzati (eż. spreadsheets li jistgħu jiġu editjati u elementi multimedjali).

(https://ec.europa.eu/eusurvey)

Karatteristiċi

EUSurvey għandu varjetà wiesgħa ta’ karatteristiċi, imfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti tal-istħarriġiet. Il-lista sħiħa ta’ karatteristiċi disponibbli huma mogħtija hawn taħt:

Karatteristiċi tal-Formola

Formoli mfasslin apposta

Fl-editur li hu faċli għall-użu tista' tagħżel minn varjetà ta' tipi ta' mistoqsijiet - minn test sempliċi għal mistoqsijiet b'għażla multipla kif ukoll mistoqsijiet tal-ispreadsheet jew elementi għal stħarriġ multimedjali. Agħti struttura lill-istħarriġ tiegħek bl-użu ta’ elementi strutturali speċjali.

Mistoqsijiet dipendenti

EUSurvey jista' juri mistoqsijiet u oqsma addizzjonali, skont it-tweġibiet mogħtija mill-parteċipant biex b'hekk l-istħarriġ ikun interattiv.

Pubblikazzjoni skedata

Ippubblika u neħħi mill-pubblikazzjoni l-istħarriġ tiegħek awtomatikament f’mument speċifiku.

Immodifika l-formola tiegħek wara l-pubblikazzjoni

Inti tista’ tbiddel stħarriġ ippubblikat mingħajr ma tintilef ebda kontribuzzjoni.

Lingwi

L-interface tal-utent hu disponibbli fi 23 mil-Lingwi uffiċjali tal-UE, u tista’ tittraduċi l-formola tiegħek fi kwalunkwe waħda mill-136 lingwa koperti minn ISO 639-1, mill-Abkażi saż-Żulu.

Sigurtà

EUSurvey għandu l-infrastruttura meħtieġa biex il-formoli onlajn ikunu siguri.

Ibgħat inviti direttament mill-applikazzjoni

Fil-"Ktieb tal-Indirizzi" tista' timmaniġġja kuntatti magħżula u tista' tużah biex tibgħat emails individwali lil kull kuntatt uniku li jkun fih links ta’ aċċess individwali.

Privatezza avvanzata

Inti tista’ tiggarantixxi privatezza tal-parteċipant permezz tal-ħolqien ta’ formola anonima. Għalhekk, id-dettalji tal-konnessjoni ma jkunux disponibbli għalik bħala awtur ta’ formola.

Ippersonalizza d-dehra u l-impressjoni

Bl-editur tal-istil CSS integrat u edituri tat-tip embedded rich-text għall-elementi kollha viżibbli, int għandek il-kontroll sħiħ fuq il-mod kif tkun imqassma l-formola. Hemm lista kbira ta' temi tal-istħarriġ li tagħmilha faċli biex taddatta l-formola għal identità ta' proġett. Tista’ tagħżel bejn stħarriġ ta' paġna waħda u stħarriġ b'iktar minn paġna waħda.

Issejvja kontribuzzjoni bħala abbozz

Tista’ tippermetti lill-parteċipanti jissejvjaw il-kontribuzzjoni tagħhom bħala abbozz fuq is-server u jkomplu aktar tard.

Tweġibiet offlajn

Bis-saħħa ta’ EUSurvey, tista’ twieġeb formola offlajn qabel ma tippreżenta kontribuzzjoni lis-server fi stadju aktar tard.

Numerazzjoni awtomatika

Biex tistruttura l-istħarriġ tiegħek, EUSurvey jista' jagħti numru lill-elementi tal-formola tiegħek għalik.

Kuntrast imsaħħaħ

Il-parteċipanti li għandhom problemi fil-vista jistgħu jagħżlu verżjoni b’kuntrast qawwi tal-istħarriġ. Din tinħoloq awtomatikament għal kull formola.

Applowdjar ta’ fajls ta’ appoġġ

Tista’ żżid fajls mal-istħarriġ tiegħek billi tapplowdjahom. Dawn il-fajls jistgħu jiġu ddawnlowdjati minn kull parteċipant fl-istħarriġ tiegħek.

Immaniġġjar tal-formola

Pubblikazzjoni ta' stħarriġ

Tista' tagħżel li tippubblika l-istħarriġ tiegħek awtomatikament fil-"lista ta' stħarriġ pubbliku" fuq EUSurvey, biex ikun aktar fid-dieher.

Naħdmu flimkien

Għal stħarriġiet immaniġġjati minn utenti multipli, EUSurvey jippermettilek tiddefinixxi permessi avvanzati għal utenti oħra biex jittestjaw stħarriġ jew janalizzaw ir-riżultati.

Immaniġġjar tar-Riżultati

Analiżi tar-riżultati tiegħek

EUSurvey joffri kapaċitajiet bażiċi tal-analiżi tar-riżultati u viżwalizzazzjoni tad-dejta f’istogrammi u grafiċi. Tista’ wkoll tesporta r-riżultati tal-istħarriġ għal formati standard ta' spreadsheets sabiex timpurtahom f'applikazzjonijiet tal-istatistika.

Pubblikazzjoni tar-riżultati tiegħek

Uża l-possibilitajiet li joffri EUSurvey biex tippubblika subsett tat-tweġibiet kollha mogħtija fuq il-paġni interni tal-applikazzjoni. Is-sistema tista' tikkalkula u toħloq statistika u grafiki b’mod awtomatiku.

Editjar tal-kontribuzzjonijiet sottomessi

Ħalli lill-parteċipanti tiegħek jimmodifikaw kontribuzzjoni wara li tkun ġiet sottomessa, f'każ li jkunu jixtiequ jagħmlu dan.

Teknoloġiji ta' terzi partijiet

EUSurvey huwa bbażat fuq bosta libreriji ta' sors miftuħ u riżorsi b'xejn.

Teknoloġiji ta’ partijiet terzi

EUSurvey hu bbażat fuq diversi libreriji b’sors miftuħ u riżorsi bla ħlas.
Il-krediti u l-lista tar-riżorsi użati huma aċċessibbli eżattament wara.

Ara l-lista

v1.4.5 (17/04/2021 15:06)